Kors Alfa 2026 dalwaqt

Kors Alpha ta’ San Luqa

X'inhu Alpha?
Alpha hija serje ta' sessjonijiet interattivi li jesploraw il-fidi u t-tifsira tal-ħajja.
Hemm 12-il sessjoni matul il-kors normalment darba fil-ġimgħa fejn naqsmu ikla flimkien naraw vidjo dwar dawk il-mistoqsijiet kbar u mbagħad naqsmu fi gruppi fejn nistgħu naqsmu l-ħsibijiet u l-esperjenzi tagħna u l-aħjar minn kollox huwa b’xejn.
Ara l-video hawn taħt u ingħaqad magħna..........
Ingħaqad magħna għal vjaġġ indimentikabbli li tesplora l-fond tal-fidi u l-Kristjaneżmu. Fittex fil-websajt tagħna biex titgħallem aktar dwar il-kors tagħna, u tħossok liberu li tikkuntattjana jekk għandek xi mistoqsijiet.

‘Nistieden lill-insara kollha, kullimkien, f’dan il-mument stess għal laqgħa personali mġedda ma’ Ġesù Kristu, jew għall-inqas ftuħ biex inħalluh jiltaqa’ magħhom.
Il-Mulej ma jiddiżappuntax lil min jieħu dan ir-riskju; kull meta nagħmlu pass lejn Ġesù, nirrealizzaw li hu diġà qiegħed hemm jistenniena b’idejha miftuħa.’
Papa Franġisku - Evangelii Gaudium #3
Il-Kors Alfa 2026 ġie ppjanat!
Ninsabu eċċitati ħafna li erġajna stajna nwasslu l-kors ALPHA lill-komunità!!!
Grazzi lil kulħadd għad-donazzjonijiet ġenerużi matul l-2025 li għamlu dan possibbli.
Ejja u ingħaqad magħna f'dan il-vjaġġ ta' 12-il ġimgħa biex ikollok relazzjoni aktar profonda mal-Mulej u s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu.
Jekk tixtieq tirreġistra l-interess tiegħek li tattendi l-ALPHA tal-Parroċċa ta' San Luqa imla l-formola t'hawn taħt u ninfurmawk meta jibda l-kors li jmiss!
Il-Parroċċa ta’ San Luqa tilqagħkom dejjem b’dirgħajn miftuħa għall-membri tat-tim Alpha attwali u futuri.
Narawkom ilkoll fil-Parroċċa ta' San Luqa!